Tiġrib u ebusija (#7988)

Keċċi n-niket tiegħi bit-tjieba tiegħek u bil-qalb kbira tiegħeK, O Alla, Alla tiegħi, u biegħed it-taqtigħ il-qalb tiegħi bil-qawwa u bis-setgħa tiegħeK.  Inti tarani, O Alla tiegħi, b’wiċċi imdawwar lejK fi żmien meta d-diqa dawritni minn kullimkien. Nitolbok, O Int Li Int is-Sid tal-ħlejjaq kollha, u ddellel fil-wisa’ kulma jidher u kulma jidhirx, bl-Isem tiegħeK li bih Int għalibt il-qlub u l-erwieħ tal-bnedmin, u bil-mewġiet kbar tal-O1ejan tal-ħniena tiegħeK u d-dijiet jgħammxu ta’ Kewkbet il-Jum tat-tjieba tiegħeK, biex tgħoddni ma’ dawk li xejn ma żammhom lura li jdawru wiċċhom lejK , O Int Sid tal-ismijiet kollha u Hallieq tas-smewwiet! 

Inti tara, O Sid tiegħi, il-ħwejjeġ li ġrawli fil-jiem tiegħeK. Nitolbok, f’ġieh Dak Li hu l-Għajn il-Jum ta’ismijieteK u Mkien is-Sebħ tad-doni tiegħeK, li tamar għalija dak li jħallini nogħla biex naqdiK u nfaħħar it-tjibat tiegħeK. Inti, fis-sewwa, is-Setgħani, l-Aktar Qawwi, Li mdorri twieġeb il-talb tal-bnedmin kollha!

U, fl-aħħarnett, nitolboK f’ġieh id-dawl ta’wiċċeK biex tbierek ħidmieti, u tħassarli djuni, u tissodisfa ħtiġijieti. Inti Dak li għas-setgħa tiegħU u għall-ħakma tiegħU xehed kull ilsien, u li l-maestà tiegħU aċċettat kull qalb li tifhem. M’hemmx Alla għajrek, li tisma u lest li twieġeb.

-Bahá'u'lláh
-----------------------

Tiġrib u ebusija (#7989)

O Int Li tiġribeK huwa duwa fejjieqa għal dawk qrib tiegħeK, Li x-xabla tiegħeK hija x-xabla tiegħeK hija x-xewqa mħaġġa ta’ dawk kollha li jħobbuK, Li l-vleġġa tiegħeK hija l-egħżeż xewqa ta’ dawk il-qlub li jixxennqu għaliK, Li l-amar tiegħeK huwa t-tama waħdana ta’ dawk li għarfu is-sewwa tiegħeK! Jien nitolbok, f’ġieh il-ħlewwa divina tiegħeK u f’ġieh dijiet il-glorja ta’ wiċċeK, biex tniżżel fuqna mir-rifuġji tiegħeK fil-għoli dak illi jqarribna lejK. Qiegħed, immela, riġlejna sodi, O Alla tiegħi, fil-Kawża tiegħeK, u dawwal lil qlubna bid-dija tgħammex tal-għarfien tiegħeK, u ixgħel sidirna bil-leħħa ta’ ismijieteK.

-Bahá'u'lláh
-----------------------

Tiġrib u ebusija (#7990)

O Sid! Int in-Neħħej ta’ kull diqa u l-Keċċej ta’ kull deni. Inti Dak  Li tbiegħed kull niket u teħles mill-jasar lil kull ilsir, il-Hellies ta’ kull ruh. O Sid! Agħti l-ħelsien bil-ħniena tiegħeK, u għoddni fost il-qaddejja tiegħeK li kisbu il-ħelsien.

-The Báb
-----------------------

